Mara mietet wara li aktar kmieni għall-ħabta tal-10:00 a.m kienet involuta f’inċident li seħħ fi Triq Ħal Tarxien f’Ħal Luqa.
Mill-ewwel investigazzjonijiet li saru rriżulta li mara ta’ 83 sena kienet waqgħet madwar sular għoli fir-residenza fejn tgħix.
Fil-post issejjaħ minnufih tim mediku u ambulanza, iżda sfortunatament hija kienet iċċertifikata mejta fil-post.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat Natasha Galea Sciberras li ħatret inkjesta filwaqt li l-Pulizija għadhom għaddejjin bl-investigazzjonijiet tagħhom.