Saturday, December 21, 2024

Anzjana tmut wara li waqgħet minn fuq pont li beda tiela’

Aqra wkoll

Ċiklista anzjana tilfet ħajjitha traġikament waqt li kienet qed tipprova taqsam pont u li beda jogħla qabel ma setgħet tasal in-naħa l-oħra. Dan l-inċident seħħ fir-Royal Park Bridge li jgħaqqad Palm Beach mal-kontinent ta’ Florida fl-Istati Uniti. 

Raġel li ra l-inċident iseħħ ipprova jiġbed lill-mara ‘l fuq iżda tilef il-qabda bil-konsegwenza li l-mara waqgħet għal isefel minn għoli ta’ kważi 60 pied.

Il-vittma, identifikata biss bħala mara anzjana, kienet miexja bir-rota minn Palm Beach lejn West Palm Beach għall-ħabta tas-1.00 ta’ wara niofsinhar. Hija kienet biss tliet metri bogħod minn min-naħa l-oħra tal-pont fejn kellha tasal  meta l-pont beda tiela. Minkejja li ppruvat iżżomm, sfortunatament waqgħet għal isel minn għoli ta’ ħames jew sitt sulari.

Kelliem tal-pulizija ta’ West Palm Beach, Mike Jachles qal li  ‘l-mara ppruvat iżżomm u kien hemm xi ħadd fil-qrib li pprova jgħinha, iżda traġikament waqgħet għal fuq il-konkrit ta’ taħt il-pont.

Il-pont ingħalaq għal bosta sigħat wara din id-diżgrazzja.

Il-kelliemi tal-Pulizija qal ukoll li qed issir investigazzjoni dwar dan l-inċident u l-mewt ta’ din il-mara biex jiġi stabbilit l-għaliex il-pont beda jogħla qabel ma kien żgurat li ma kien hemm l-ebda persuna qed taqsamm dan il-pont li għandu medda ta’ 1,238 pied.

Il-pont fuq l-Intercoastal Waterway huwa mgħammar biu qniepen u sfafar li javżaw lill-min ikunu se jaqsam u lis-sewwieqa meta jkun se jitla’.

Palm Beach huwa aċċessibbli biss permezz ta’ tliet pontijiet u dan huwa l-pont ewlieni, għalhekk huwa użat ħafna miċ-ċiklisti,’ qal Juan Orellana, avukat għas-sigurtà tar-roti, lil WPTV.

Mit-Tnejn li għadda wara nofsinhar, il-pulizija bdiet titlob l-għajnuna tal-pubbliku sabiex tiġi magħrufa l-identita tal-vittma.

Ekonomija

Sport