Anzjana ta’ 86 sena residenti n-Naxxar weġġgħet gravi wara li ntlaqtet minn karozza.
L-inċident seħħ ilbieraħ għall-ħabta tas-7.20p.m fi Triq San Publju, il-Furjana.
Mill-ewwel investigazzjoni rriżulta li l-mara weġġgħet wara li ntlaqtet minn vettura BMW 116I, li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 22 sena residenti l-Imtarfa.
Il-mara ngħatat l-għajnuna minn tim mediku, ittieħdet l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u ġiet iċċertifikata li weġġgħet gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.