Monday, October 6, 2025

Anzjana tweġġa’ gravi wara li ntlaqtet minn karozza fin-Naxxar

Aqra wkoll

Anzjana ta’ 84 sena residenti n-Naxxar weġġgħet gravi wara li ntlaqtet minn karozza fin-Naxxar. 

L-inċident seħħ dalgħodu, għall-ħabta tad-9.30 a.m., fi Triq il-Kappella Ta’ Xagħra.

Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li l-vittma ntlaqtet minn Hyundai Excel, li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 84 sena residenti n-Naxxar.

Il-mara ngħatat l-għajnuna minn tim mediku u ttieħdet l-isptar b’ambulanza, fejn ġiet iċċertifikata li qiegħda ssofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija għadhom għaddejjin.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport