Sunday, November 24, 2024

Anzjana tweġġa’ gravi wara li ntlaqtet minn karozza fiż-Żejtun

Aqra wkoll

Mara ddaħħlet l-isptar wara li aktar kmieni għall-ħabta tas-7:15 a.m kienet involuta f’inċident tat-traffiku li seħħ fi Triq Alfredo Cachia Zammit, iż-Żejtun. 

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li mara ta’ 62 sena residenti ż-żejtun intlaqtet minn vettura Toyota 4Runner li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 57 sena residenti Marsaxlokk. 

Tim mediku ta l-assistenza tiegħu lill-mara sakemm setgħet tittieħed l-Isptar Mater Dei għal aktar kura permezz ta’ ambulanza li ssejħet fil-post. Aktar tard hija ġiet iċċertifikata li sofriet ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin. 

Sport