Sunday, December 22, 2024

Anzjana tweġġa’ gravi wara li waqgħet fil-bitħa tar-residenza tagħha fin-Naxxar

Aqra wkoll

Anzjana kellha tiddaħħal l-Isptar għall-kura wara li aktar kmieni għall-ħabta ta’ nofsinhar kienet involuta f’inċident fir-residenza tagħha fi Triq Santa Luċija fin-Naxxar.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li mara ta’ 74 sena kienet waqgħet fil-bitħa tad-dar tagħha.

Fil-post issejjaħ tim mediku u ambulanza flimkien ma’ membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili. Hija ttieħdet lejn l-Isptar Mater Dei fejn aktar tard irriżulta li sofriet ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin. 

Ekonomija

Sport