Sunday, November 3, 2024

Anzjana tweġġa’ serjament wara li waqgħet u ħabtet mal-blat f’Baħaq iċ-Ċagħaq

Aqra wkoll

Mara ddaħħlet l-Isptar iktar kmieni llum għall-ħabta tal-10:00 a.m. wara li kienet involuta f’inċident fil-bajja ta’ Baħar iċ-Ċagħaq.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li mara ta’ 83 sena residenti San Ġiljan, waqt li kienet nieżla fil-baħar daħal xi mewġ bil-konsegwenza li waqgħet, ħabtet mal-blat u belgħet ammont ta’ ilma.

Nies li kienu fil-viċin kif ukoll tim mediku taw l-ewwel għajnuna. Fil-post issejħet ambulanza li ħadet lill-mara lejn l-Isptar Mater Dei għal aktar kura fejn aktar tard hija ġiet iċċertifikata li sofriet ġrieħi serji.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin.

Sport