Saturday, December 28, 2024

Anzjana u tarbija l-Isptar wara inċident fix-Xewkija Għawdex

Aqra wkoll

Mara u tarbija ddaħħlu l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex wara li għall-ħabta tas-1:15 p.m kienu involuti f’inċident tat-traffiku li seħħ fi Triq it-Torri Ġorġun fix-Xewkija.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li mara ta’ 73 sena mix-Xewkija kienet qiegħda ssuq karozza tal-għamla Mazda Demio meta għal xi raġuni tilfet il-kontroll u spiċċat fuq il-ġenb. Magħha kien hemm riekeb tifel ta’ sena.

Fuq il-post issejħu minnufih membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili li assistew li liż-żewġ persuni biex jinħarġu mill-karozza fejn sabu jistenniehom tim mediku li ta l-ewwel għajnuna. S’issa għadha mhix magħrufa l-kundizzjoni tagħhom.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin. 

Ekonomija

Sport