Dalgħodu r-residenti ta’ San Vinċenz flimkien mal-familjari tagħhom, attendew għal purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira li saret fl-istess residenza.
Waqt il-purċissjoni ndaqqu diversi marċi funebri filwaqt li persuni libsu ta’ personaġġi bibbliċi. Għal din il-purċissjoni nħarġu wkoll sett ta’ vari li jinsabu fir-residenza San Vinċenz.
Ir-residenti anzjani tpoġġew bilqiegħda madwar il-bitħa tar-residenza biex b’hekk setgħu jsegwu din il-pruċissjoni.