Sunday, June 15, 2025

Apatija fil-kumitati … każini magħluqin … problema kbira finanzjarja…firdiet kbar fostna

- Attivisti Nazzjonalist

Aqra wkoll

Franco Debono? Alex Borg? Dawn huma kollha ismijiet li qegħdin jissemmew bħala li jistgħu jitfgħu n-nomina tagħha għall-elezzjoni ta’ kap tal-Partit Nazzjonlista, elezzjoni li se ssir minħabba li Bernard Grech din il-ġimgħa f’xandira lin-nazzjon ħabbar li kien se jirriżenja. 

Attivisti li tkellem ma’ IT-TORĊA qalilna li “jien nara erba’ problemi li qiegħed jiffaċċja l-Partit Nazzjonalista. Inġibdu attenzjoni għalihom u kien hemm min ittanta jindirizzahom imma qatt ma ġew solvuti. Ma jistax ikolli partit mifni b’dawn il-problemi. Biex il-Partit Nazzjonalista jerġa’ jibda jappella għan-nies irid isolvi dak li qed jankrah.”

Jisħaq li “l-ewwelnett, nibdew b’element bażiku. Il-politika. Xi proġett politiku għandna? Nistaqsi dan għax din id-domanda għamiltha diversi drabi. Bħali jagħmluha ħafna oħrajn. Kif tista’ tiġbed in-nies lejk jekk ma jkollokx programm politiku ċar. Meta irbaħna dejjem kellna programm ta’ viżjoni bħal dak li wassalna biex dħalna fl-Unjoni Ewropea.”

Ikompli jgħidilna li “imbagħad inħares madwarna u naraw f’liema stat qegħdin. Fil-kumitat lokali hemm apatija kbira. Qatt ma niftakar din l-apatija. Ma’ din għandek il-kazini magħluqin. Dawk il-każini li tant ħdimna għalihom fil-passat li llum bil-bibien magħluqin.”

Itenni li “xi ħadd oħra li turta lil ħafna hi l-firda fostna. Min ma’ dak, min mal-ieħor u min ma xi ħadd ieħor. Aħna mhux kollha għal għan wieħed qegħdin naħdmu? Mhux taħt l-istess kappa?  Se nibqgħu sejrin biha din li min ma’ dak u min ma’ l-ieħor. Meta se ndaħħluha f’rasna li l-arma tiġi qabel kull konsiderazzjoni oħra.”

Itemm jgħid li “tinkwetani l-problema finanzjarja. Ma nafx kif spiċċajna f’dan l-istat. Nittama li min ikun hemm kap jibda jindirizza dawn il-problemi. It-triq mhix faċli. Irridu niġbdu l-istess ħabel”.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport