Kien għall-ħabta tal-4.15pm meta appartament fi Triq Rudolph f’Tas-Sliem ħa n-nar.
Kelliem għall-pulizija qal li mill-ewwel fuq il-post marru l-Ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili li kkontrollaw in-nirien li kien hemm. Fl-istess waqt ġew evekwati xi persuni li kienu fil-blokka tal-appartamenti.
Il-pulizija kkonfermaw ma’ talk.mt li f’dan l-aċċident ma weġġa’ ħadd.
L-investigazzjonijiet tal-pulizija għadhom għaddejjin.