Sunday, December 22, 2024

Appell biex dawk li jagħtu d-demm wara safra jinnotifikaw lit-tobba tas-servizz

It-test tal-West Nile Virus parti mill-proċess tad-donazzjonijiet siguri tad-demm

Aqra wkoll

L-analiżi tal-prodotti tad-demm qabel ikunu disponibbli għat-trasfużjoni lill-pazjenti fl-isptarijiet ta’ Malta u Għawdex hu proċess rigoruż li jinkludi sensiela ta’ eżerċizzji u testijiet fuq id-demm innifsu.

Wieħed minn dawn it-testijiet li ta’ kull sena jidħol fis-seħħ, normalment bejn Mejju u Novembru, hu t-test tal-West Nile Virus lil dawk li jagħtu d-demm u li jkun għadhom kif ġew mis-safar. B’rabta ma’ dan, Is-Servizz Nazzjonali tat-Trasfużjoni tad-Demm jixtieq jinforma lill-pubbliku biex meta jersaq biex jagħti d-demm għandu jinforma lit-tobba tas-Servizz mil-liema pajjiż ikun irritorna. Imbagħad isiru t-testijiet meħtieġa biex ikun żgurat li kull prodott tad-demm ikun ħieles mill-mard għall-benefiċċju ta’ dawk kollha li ser jiġi bżonnu.

Is-Servizz waqt li japprezza l-koperazzjoni kbira mill-pubbliku jkompli jappella għall-għoti tad-demm li għandu jsir:

  • fiċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm ta’ G’Manġa li jiftaħ KULJUM (7 ijiem fil-ġimgħa inkluż il-Ħdud u l-Festi pubbliċi) mit-8:00am sas-6:00pm. 
  • fil-Mobile Blood Donation Unit li nhar il-Ħadd 22 ta’ Mejju ser ikun fil-pjazza ta’ quddiem il-Knisja Parrokkjali ta’ Ħal Safi. Dakinhar il-ħin disponibbli għall-għoti tad-demm ser ikun mit-8:30am sas-1:00pm.
  • fil-Berġa tax-Xewkija li nhar Il-Ħadd 22 ta’ Mejju ser tkun disponibbli għall-għoti tad-demm mit-8:00am sas-1:00pm.

Noti oħra importanti! 

  • dawk li ser jersqu biex jagħtu d-demm iridu jippreżentaw il-karta tal-identità, jew il-liċenzja tas-sewqan inkella passaport Malti.
  • dawk li għamlu s-swab test, sew jekk ta’ rutina jew għal ħtiġijiet oħra, huma mitluba biex jistennew sal-waqt li joħroġ riżultat COVID Negative.
  • dawk li ġew ittestjati pożittivi għall-COVID ikunu jistgħu jagħtu demm ġimgħatejn minn wara l-aħħar test COVID negative.
Ekonomija

Sport