Thursday, August 14, 2025

Appell biex familja tingħata l-għajnuna minħabba nirien fid-dar

Aqra wkoll

Appella li qiegħed isir minn Parroċċa f’Tas-Sliema jgħid li hemm bżonn b’mod immedjat biex familja tingħata l-għajnuna wara li nhar l-Erbgħa bil-lejl kellha nirien kbar fir-residenzja.

Is-sejħa għall-għajnuna daħlet għal il-Protezzjoni Ċivili għall-ħabta tal-11.30pm u b’xorti tajba ħadd ma’ weġġa’ f’dan il-każ.

Il-messaġġ jgħid li “lbieraħ f’Tas-Sliema fil-Parroċċa tagħna nħarqet id-dar tal-familja Vella u tilfu ħafna mill-affarijiet.”

L-appell ikompli li fid-dar saret ħafna ħsara kif juru r-ritratti u issa din ir-residenza tinsab bla dawl, bla ilma, mingħajr appliances u jridu wkoll jinbidu s-soqfa.

Intant il-Protezzjoni Ċivili permezz ta’ post fuq il-midja soċjali qalet li matul il-lejl ta’ bejn l-Erbgħa u l-Ħamis huma ġew imsejħa minħabba nirien li ħakma dar f’Rudolph Street Tas-Sliema.

Qalu li numru ta’ pumpieri marru fuq il-post biex jikkontrollaw in-nirien li ħakmu t-tielet sular ta’ din ir-residenza li imbagħad komplew jinfirxu mad-dar kollha.

B’ħidma kkordinata, il-Ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili kkontrollaw in-nirien.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport