Tuesday, December 24, 2024

Appell biex il-ġenituri jsegwu dak li jaraw u jaqraw uliedhom online

Carmen Cachia
Carmen Cachia
Ġurnalista

Aqra wkoll

Ladarba qegħdin inqajmu għarfien dwar il-ħsara psikoloġika li qiegħda tikkawża l-gwerra fil-Ukrajna importanti li niġbdu l-attenzjoni għall-ħarsien, il-prevenzjoni u l-kura tas-saħħa mentali ta’ wliedna. Dan fid-dawl li lokalment ukoll qiegħda tinbet biżgħa minħabba din il-gwerra.

Għalliema, filwaqt li taqbel li jkun hemm għarfien dwar dak li jiġri madwarna, talbet biex noqogħdu attenti minn fejn tiġi l-informazzjoni. Ir-raġuni wara l-appell tagħha huwa minħabba li kienet impressjonata għall-ammont ta’ studenti fl-iskola tagħha li qalulha li Malta se tkun ibbombardjata u li se mmutu.

Meta din l-edukatriċi staqsiet lil dawn adoloxxenti minn fejn qegħdin jingħataw din l-informazzjoni, dawn qalulha li fuq TikTok. 

Filwaqt li hemm ħafna ġenituri li jsegwu l-attività online ta’ wliedhom, importanti ħafna li niżguraw li nikkjarifikawlhom l-affarijiet dwar din il-gwerra u ngħinhom billi nagħtuhom sorsi ta’ informazzjoni ta’ min joqgħod fuqhom. 

AQRA WKOLL:

Ekonomija

Sport