Persuni li għaddew minn triq Ħal Farruġ esprimew it-tħassib tagħhom għal binja li tinsab fi Triq Ħal Farruġ, Ħal Luqa wara li ftit tal-jiem ilu waqa’ saqaf ta’ dar abbandunata fuq vann.
Fost il-persuni li tkellmu fuq il-midja soċjali, kien hemm min appella biex tittieħed azzjoni wara li osserva l-fatt li din il-binja kienet ħa tkun il-kagun ta’ ħajja ta’ bniedem, ta’ kollega, ta’ missier u ta’ ħabib.
Adrian Zahra qal: “Din il-binja ċeda parti mis-saqaf, parti minnu spiċċa fit-triq li agħar minn hekk kantun kbir spiċċa f’vann li kien qed jinstaq. B’xorti tajba ma kienx hemm passiġiera għax kieku l-istorja kienet tkun waħda traġika.”
Żied jgħid: “Ma nistax nifhem kif għaddew kważi 4 t’ijiem u ma sar xejn. Din tinsab fi triq traffikuza ħafna ġewwa Ħal Farruġ, triq li minnha jgħaddu tant u tant nies. X’qed nistennew li jmut xi ħadd l-ewwel imbagħad noqgħodu nibku xortina!”