Il-Gwardjan u l-Fraternità Franġiskana tal-Kunvent ta’ Ġieżu fi Triq San Pawl, il-Belt Valletta qed jappellaw għall-għajnuna minħabba li s-sitwazzjoni finanzjarja tal-Kunvent hija batuta anke sforz l-impatt tal-Pandemija.
L-ispejjeż f’dan il-Kunvent kbir u li fih tgħix komunità ta’ ħames parijiet huma kbar, anke fid-dawl ta’ ħsarat u xogħol ta’ manutenzjoni li jrid isir. Wara li diversi persuni staqsew, il-Fraternità tixtieq ukoll tinforma lill-pubbliku li fl-Amministrazzjoni preċedenti kien ġie deċiż li l-Kunvent tagħna jikkontribwixxi għal Soup Kitchen billi jagħti konċessjoni tal-użu ta’ żewġ swali li tidħol għalihom minn Triq Sant’ Ursola. Is-Soup Kitchen hija inizjattiva ta’ NGO indipendenti b’risq dawk batuti u se titmexxa mill-istess NGO.
Dan ifisser li il-fondi li issemmew fuq il-meżżi tax-xandir huma ta’ din l-NGO li l-finanzi tagħha ma għandom x’jaqsmu xejn ma dawk tal-Kunvent tal-Belt. Min jixtieq jagħti l-għajnuna tiegħu għall-Kunvent Ta’ Ġieżu tal-Belt jista jagħmel dan billi jkellem direttament lill-Gwardjan il-ġdid P. Ramon Farrugia OFM, billi jibgħat ċekk indirizzat lill-Gwardjan fl-indirizz “Patrijiet Franġiskani, 291, Triq San Pawl, il-Belt Valletta”, jew billi jibgħat id-Donazzjoni fuq Revolut 99246768. Filwaqt li tittama u tafda fil-Providenza t’Alla , il-Fraternità tirringrazzjakom bil-quddiem tal-ġenerożita tagħkom.