Monday, December 30, 2024

Appell għall-għajnuna sabiex tifla Palestinjana tinġieb Malta minħabba li qegħda f’riskju li titlef il-vista 

Aqra wkoll

L-attakki Iżraeljan fuq Gaża qed jolqot lill-diversi nies, fosthom tfal li qed jisfaw vittmi. Fost it-tfal li ndarbu, hemm tifla li ndarbet f’għajnejha u għalhekk teħtieġ li tiġi ġewwa pajjiżna sabiex il-professjonisti jkunu jistgħu jsalvalwha għajnejha.

It-tifla li jisimha Lara, intlaqtet kawża ta’ missla li ġiet sparata mill-qawwiet Iżraeljani lejn Gaża. Konsegwenza t’hekk, hi sofriet x ġrieħi f’għajn minnhom u tinsab f’riskju serju li titlef id-dawl minnha.

Lara appellat għall-għajnuna tal-pubbliku biex tkun tista’ tivvjaġġa lejn Malta għall-kura. Hija għamlet dan permezz ta’ filmat fuq il-midja soċjali. Kompliet tispjega li t-tobba qalulha li iktar iddum biex titratta l-ġrieħi f’għajnejha, iktar hemm ċans li titlef id-dawl.

Hekk kif Lara għandha bżonn intervent mediku urġenti, l-Ambaxxata tal-Palestina f’Malta appellat għad-donazzjonijiet mill-pubbliku, sabiex Lara tkun tista’ tinġieb lejn Malta kemm jista’ jkun malajr.

Min jixtieq jgħin għal din il-kawża jista’ jibgħat id-donazzjoni tiegħu f’kont bankarju li qed jitmexxa mill-Ambaxxata għal dan l-għan:

Revolut +356 9961 9998

BOV Mobile Pay 9992 2000

Ekonomija

Sport