Monday, December 23, 2024

Appell mill-Arċisqof kontra “dak li qisu daħal xitan fih”

Aqra wkoll

L-Arċisqof Charles Scicluna appella biex ma jitħalltux problemi pskoloġiċi ma’ kwistjonijiet oħra li jikkonċernaw spirti ħżiena u ngħidu ‘dak qisu daħal xitan fih’. Iddikjara li “wieħed irid jagħmel ħafna attenzjoni biex min ikollu problemi psikoloġiċi ma nagħmlulux it-tikketta li hu ppossedut”.

Waqt il-quddiesa ta’ kuljum mill-Kurja, l-Arċisqof qal li ħafna mill-elementi iżjed jkunu ġejjin minn problemi psikoloġiċi. Għalhekk, qal, wieħed m’għandux jara x-xitan kullimkien, imma fl-istess ħin ma nistgħux ngħidu li x-xitan ma jeżistix jew li dawn huma ħmerijiet għax inkunu qed nilgħabu man-nar.

Mons. Scicluna qal li huma l-eżorċisti l-esperti li jistgħu jagħtu dawl fuq kwistjonijiet li jikkonċernaw ix-xitan għaliex huma, permezz tad-delega tal-isqof, għandhom il-qawwa kollha tal-Knisja u tal-Mulej fuq l-ispirti ħżiena. 

L-Arċisqof qal li min iħossu mfixkel għandu jgħid it-talba tal-Missierna, fejn aħna nitolbu lill-Missier li tiġi saltnatu, li jaħfrilna dnubietna u jeħlisna minn kull deni. Spjega li l-kliem biex “jeħlisna minn kull deni” hija wkoll talba biex aħna nkunu meħlusa mill-ħakma tal-ħażin.

Ekonomija

Sport