Saturday, October 26, 2024

“Appoġġ fejn inkunu mal-vittmi tal-kriminalità mill-bidu sat-tmiem ta’ din it-trawma”- Il-Kap Eżekuttiv Brian Farrugia

Nirayl Grech
Nirayl Grech
Ġurnalista

Aqra wkoll

In-numru 116 006 mhuwiex biss numru fejn vittma ta’ kriminalità għandu jċempel, iżda huwa numru li bih l-Aġenzija għall-Vittmi tal-Kriminalità se tkun qegħda tgħin lil dawn l-individwi billi toffrilhom kwalunkwe għajnuna li għandhom bżonn. Malli vittma ċċempel fuq dan in-numru, tibda tiġi assistita mill-professjonisti tal-aġenzija. L-Aġenzija toffri sapport emozzjonali, għajnuna legali bla ħlas u follow ups fuq informazzjoni dwar każijiet pendenti il-qorti u rapporti lill-pulizija.

Dan intqal mill-Kap Eżekuttiv tal-Aġenzija għall-Vittmi tal-Kriminalità, Brian Farrugia f’intervista mas-sit Talk.mt li fiha irrimarka li b’mod uffiċjali mit-Tnejn 1 ta’ Mejju bdiet topera il-linja nazzjonali ta’ sapport għall-vittmi tal-kriminalità. Huwa qal li bħalissa l-aġenzija qegħdin jaraw diversi telefonati u żied jgħid li hemm il-possibiltà li din tiżdied iktar aktar ma jgħaddi ż-żmien.

Fir-rigward tal-vittmi tal-kriminalità, Farrugia spjega li l-ikbar problema hija li l-vittma tibda tħossha weħidha, bla vuċi u ma tafx x’se taqbad tagħmel. Bħala Aġenzija, qiegħda toffri gwida u tagħti informazzjoni dwar, x’qed jistenna vittma mill-proċess tal-każ tiegħu fil-Qrati u wieħed x’qed jistenna ġaladarba l-persona jitla’ jixhed.

Meta mistoqsi dwar l-Aġenzija nnifisha, il-Kap Eżekuttiv qal li l-iskop ta’ din l-aġenzija tal-kriminalitá hija tagħti sapport lil vittmi, kemm b’mod emozzjonali , kemm minn aspett ta’ linji gwida u kif ukoll servizz ta’ informazzjoni. Żied jgħid li l-linja nazzjonali fl-aġenzija hija waħda aċċessibli u li se tkun miftuħa mis-7:30 a.m sas-7:30 p.m. Qal ukulele li jekk wieħed iċempel wara l-ħin, se jittieħdu noti u imbagħad eventwalment jiġu kkuntatjati.

It-tnedija tal-linja nazzjonali għall-kriminalitá saret mill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza, Byron Camilleri, fil-preżenza tal-Kap Eżekuttiv tal-Aġenzija għas-Servizzi tal-Kriminalità, Brian Farrugia u tal-Kap tat-Taqsima għas-Servizzi tal-Vittmi fi ħdan il-Korp tal-Pulizija, l-Ispettur Sylvana Gafà, waqt konferenza tal-aħbarijiet fl-aħħar ġimgħa ta’ April.

Fl-istess konferenza, il-Ministru għall-Intern, Sigurtà, Riformi u Ugwaljanza Byron Camilleri spjega li l-linja 116 006 hija biss waħda mid-diversi servizzi li tnedew li huma ta’ appoġġ lill-vittmi. Spjega li se tkun linja telefonika li toffri l-informazzjoni dwar id-drittijiet tal-vittmi tal-kriminalità kif ukoll taċċessa servizz ta’ appoġġ filwaqt li tagħti spazju lill-vittmi u tirreferihom skont il-bżonnijiet tagħhom.

Sport