Friday, December 20, 2024

Approvat il-bini ta’ parkeġġ ġdid bħala parti mill-proġett tal-Valletta Waterfront

Aqra wkoll

Il-Bord tal-Ippjanar approva l-bini ta’ parkeġġ ta’ erba’ sulari li jakkomoda 195 karozza, bħala parti mill-proġett tal-Valletta Waterfront Cruise Liner, wara li l-applikant qabel li jitneħħa t-tħaffir ta’ livell tal-basement.

Il-bini tal-parkeġġ se jsir wara l-faċċata ta’ Pinto Stores li bħalissa ma jintużax.

Il-proġett se jinkludi l-bini ta’ ħwienet kummerċjali fil-livell tat-triq, b’erba’ sulari addizzjonali għall-parkeġġ tal-karozzi.

Il-bini mhux se jaqbeż l-għoli tal-binjiet ta’ maġenbu, u l-ebda servizzi mhu se jkunu permessi fuq il-bejt.

Ekonomija

Sport