Sunday, December 22, 2024

Approvat il-permess għaż-żarmar tat-tankijiet tal-impjant ta’ San Luċjan

Aqra wkoll

L-Awtorità tal-Ippjanar approvat il-permess għad-dekummissjonar tal-impjant ta’ San Luċjan bil-għan li jibda l-iżmantellar tat-tankijiet u t-tindif tal-faċilità li kienet tintuża għall-ħażna tal-heavy fuel oil.

Għalhekk, issa l-kumpanija Petromal se tkun qed toħroġ sejħa (tender) biex it-tankijiet ikunu żmantellati sal-aħħar ta’ din is-sena. Fl-aħħar xhur, din il-kumpanija kienet għaddejja bil-preparazzjoni tal-proċess għat-twettiq tal-pjan ta’ dekummissjonar biex ix-xogħol isir b’mod sigur u b’ħarsien sħiħ tal-ambjent u l-komunitajiet li jgħixu fil-madwar.

Dan intqal mill-Ministeru għall-Ambjent, l-Enerġija u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir fi stqarrija, fejn intqal li b’investiment ta’ €40 miljun, fin-naħa ta’ isfel ta’ Malta se jkun hemm proġett sostenibbli minflok impjant għall-ħażna taż-żejt.

F’messaġġ fuq il-midja soċjali, il-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir, Miriam Dalli qalet;”Il-proġett tas-Siċċa se jibdel 18,000 metru kwadru minn operat li jniġġeż għal proġett sostenibbli 🌿 fin-naħa t’isfel ta’ Malta”.

Ekonomija

Sport