Friday, November 22, 2024

Approvat l-assessjar tal-impatt ambjentali dwar il-proġett tat-tieni interconnector

Aqra wkoll

Il-Bord tal-Awtorità dwar l-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) approvat l-assessjar tal-impatt ambjentali (EIA) dwar il-proġett tat-tieni interconnector bejn Malta u Sqallija u talbet għal aktar titjib fuq proġett separat sabiex jiġi żviluppat mill-ġdid is-sit tal-faċilitajiet tal-waterpolo ta’ San Ġiljan, biex jitnaqqas l-impatt ambjentali tiegħu. Dawn iż-żewġ deċiżjonijiet ittieħdu waqt laqgħa pubblika tal-Bord, il-Ġimgħa filgħdu.

Il-Bord tal-ERA nnota li l-proġett tat-tieni interconnector huwa ta’ importanza nazzjonali u li ma joħloqx impatt sinjifikanti fuq l-ambjent jekk ix-xogħlijiet isiru skont il-pjanijiet u l-kundizzjonijiet sottomessi.

L-EIA ħa wkoll nota tal-miżuri kollha meħtieġa ta’ mitigazzjoni li se jkollhom jiġu applikati biex jitnaqqas kwalunkwe impatt ambjentali negattiv, li fi kwalunkwe każ, mistenni li jkollu impatt ġenerali insinifikanti fuq iż-żona.

Sport