Wednesday, July 9, 2025

Approvata unanimament l-introduzzjoni tal-Football Video Support (FVS) fil-football u l-Video Support (VS) fil-futsal għall-istaġun 2025-26.

Aqra wkoll

Fil-football, massimu ta’ 70 logħba jistgħu jiġu koperti minn din is-sistema fl-ewwel staġun tat-tnedija, li se tintuża prinċipalment f’logħbiet deċiżivi, bħal finali u play-offs.

Fil-futsal, is-sistema hija ppjanata li tkopri madwar ħames logħbiet b’kollox fis-sena tat-tnedija, u se tintuża primarjament fil-play-offs u finali oħra.

Is-sistema FVS fil-football se tiġi skjerata fi tliet grounds, b’massimu ta’ żewġ operazzjonijiet FVS li jaħdmu fl-istess ħin. Kull logħba se tiġi koperta bl-użu ta’ medja ta’ erba’ kameras (is-sistema tista’ titħaddem b’minimu ta’ kamera waħda u massimu ta’ sitt kameras) operata mill-Malta Premier Leaguefilwaqt li l-kompetizzjonijiet domestiċi l-oħra huma se jkunu organizzati mill-Malta FA.

Separatament, sistema VS waħda se tiġi skjerata madwar il-court tal-futsal li bħalissa qed tintuża biex tospita l-kompetizzjonijiet domestiċi tal-futsal organizzati mill-Futsal Malta Association.

L-appoġġ matul il-logħba se jinkludi l-provvista ta’ tagħmir, tekniku, u operatur.

Il-logħbiet approvati bl-użu tal-FVS/VS huma:

Logħbiet tal-Malta Premier League

FA Trophy: Kwarti Finali, Semi Finali, u Finali

Finali tal-Irġiel u tan-Nisa tal-125 Jubilee Cup

Malta FA Super Cup

Logħbiet tal-Futsal League

Futsal Super Cup

Finali tat-Trophy tal-Futsal

L-FVS hija alternattiva għall-VAR li tippermetti lill-coaches jikkontestaw deċiżjonijiet speċifiċi. Din is-sistema qed tiġi ttestjata f’diversi kompetizzjonijiet, inklużi t-Tazzi tad-Dinja tan-Nisa tal-FIFA U-20 u U-17. L-FVS hija differenti mill-VAR billi tagħti lill-coaches il-kapaċitá li jibdew reviżjonijiet għal żbalji ċari u ovvji, aktar milli jiddependu fuq team dedikat ta’ uffiċjali tal-video biex jimmonitorjaw l-inċidenti kollha.

Id-diskussjonijiet inizjali dwar l-introduzzjoni tal-FVS għal kompetizzjonijiet domestiċi bdew bejn il-Malta FA u l-FIFA fil-bidu ta’ din is-sena kalendarja.

Fil-preżent, l-Assoċjazzjoni rċeviet tmien offerti minn diversi sieħba ineteressati internazzjonali liċenzjati mill-FIFA, u bħalissa qed tevalwa dawn l-offerti. Wara dan, se jibdew diskussjonijiet interni kemm mal-MPL kif ukoll mal-FMA dwar l-implimentazzjoni ta’ dan il-proġett eċċitanti.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport