Friday, November 15, 2024

Appuntamenti għal referees Maltin f’tournaments Ewropej tal-waterpolo

Aqra wkoll

Għax-xhur ta’ Awwissu u Settembru, ingħataw diversi appuntament internazzjonali għal referees tal-MWRA

L-uffiċjali Ronnie Spiteri se jkun l-uffiċjal li se jirrappreżenta lil Malta fil-Kampjonat tad-Dinja ta’ Taħt is-16-il sena li se jsir fil-Greċja, proprju mil-lum sat-28 ta’ Awwissu.

Is-Sur Spiteri se jkun ukoll wieħed mir-referees li se jikkontrolla l-logħob tal-bniet ta’  Taħt it-18-il sena,  ta’ Grupp B, f’Avezzano fl-Italja.

Peter Balzan FINA u LEN Referee se jkun wieħed mis-16-il referee li ġew magħżula biex jikkontrollaw logħbiet mill-Kampjonati Ewropej tal-Waterpolo Irġiel u Nisa li se jsiru fi Split, fil-Kroazja bejn is-27 ta’ Awwissu sal-10 ta’ Settembru. Dan ser ikun it-tieni wieħed għal Balzan. Huwa se jkun parti mill-kontinġent Malti hekk kif Malta se tkun waħda mis-16-il team tal-Ewropa li se jieħdu sehem f’dan il kampjonat Ewropew.

Massimo Angileri FINA u LEN Referee se jkun qed jivvjaġġa mat-team ta’ Malta ta’ Taħt it-18-il sena lejn il-Montenegro biex jikkontrolla Logħbiet fil-Kampjonat Ewropew ta’ Taħt it-18-il sena mit-18 sal-25 ta’ Settembru.

Ir-referee Richard Margi se jikkontrolla logħbiet f’Avezzano l-Italja għall-ewwel tournament tiegħu barra minn xtutna f’tournament ta’ taht is-16-il sena,  mit-8 sal-11 ta’ Settembru.

Ekonomija

Sport