Ħafna qed isejħuu ‘April iswed’ għal Juventus li wara d-draw ta’ 1-1 li kellhom il-Ħadd li għadda kontra Bologna.
It-tim immexxi minn Massimiliano Allegri rnexxielu jirbaħ logħba waħda biss fil-kampjonat, dik fl-Allianz Stadium kontra Verona. Minn hemm ‘l hemm waslu tliet telfiet konsekuttivi kontra Lazio, Sassuolo u Napoli apparti l-eliminazzjoni mill-Coppa Italia kontra Inter.
L-uniku sodisfazzjoni ta’ La Vecchia Signora kien proprju l-fatt li għaddew għas-semifinali tal-UEFA Europa League fejn se jaffrontaw lil Seville. Għallinqas April issa għadda!