Il-kelliem tal-Oppożizzjoni għat-Trasport Adrian Delia f’filmat li xerred fuq il-profil tiegħu ta’ Facebook kompla jesiġi dwar iktar serjetà fejn jidħol it-trasport b’mod speċjali l-vetturi Y-plates.
Huwa saħaq li ilu ħafna jagħmel mistoqsijiet parlamentari biex il-poplu jkun jaf b’liema proċedura qegħdin jingħataw il-Y-plates.
“Kemm ilni ngħid illi qed jimpurtaw xufiera li ġejjin min kultura ta’sewqan totalment aljena għal tagħna u għalkemm ma jafux ir-regoli jhalluhom fuq it-toroq fi żmien ġimgħa mingħajr ebda tagħlim u taħriġ”, sostna Delia filwaqt li sostna li dawn il-persuni qed iżidu l-periklu fit-toroq tagħna.