Friday, November 15, 2024

Ara: Argument f’nofs tat-triq fir-Rabat Għawdex iwaħħal it-traffiku kollu

Aqra wkoll

Kien għall-ħabta tas-6.30pm meta fi Triq Putirjal fir-Rabat Għawdex raġel daħal fi ġlieda f’nofs tat-triq. Sorsi qrib il-pulizija qalu li l-ġlieda seħħet bejn l-immigrant u wieħed mis-sidien tal-ħwienet li hemm fit-triq.

Minħabba dak li kien qiegħed jiġri, il-karozzi kollha li kienu telgħin u niżlin minn Triq ir-Repubblika biex idur lejn Triq Putirjal ma setgħux jagħmlu dan.

Minkejja li f’idu r-raġel deher li kien qiegħed iġorr sikkina, s’issa dan għadu ma ġiex ikkonfermat mis-sorsi tagħna.

Malli l-Pulizija li kienu fl-Għassa tar-Rabat indunaw x’kien qiegħed jiġri marru mill-ewwel fuq il-post u arrestaw lir-raġel li ttieħed l-għassa għal aktar investigazzjonijiet.

Ekonomija

Sport