Is-suspettat aggressur tal-isparatura fl-istazzjon tal-Metro fi Brooklyn Frank R James kien arrestat aktar kmieni llum.
Skont rapporti fil-midja barranija, James ta’ 62 sena kien imfittex b’konnessjoni mal-attakk brutali tal-bieraħ li fih 10 persuni sfaw midrubin.
Filmat li nxtered fuq twitter juri l-mument li fih is-suspettat aggressur kien arrestat f’Manhattan.