Tuesday, December 24, 2024

ARA: Baħar ta’ nies jipparteċipaw fil-mixja ta’ Puttinu

Aqra wkoll

Baħar ta’ nies attendew bi ħġarhom biex jgħinu fil-kawża ġusta ta’ Puttinu Cares. Permezz ta’ donazzjoni żgħira, dawk kollha preżenti għenu biex din l-Għaqda Mhux Governattiva tkun tista’ tkompli sservi ta’ spalla għal ħafna persuni li jħabbtulha l-bieb għall-għajnuna.

Ta min ifaħħar ukoll lill-uffiċjali kollha involuti u l-għexieren ta’ voluntiera li kienu qegħdin jagħtu l-kontribut tagħhom matul din il-mixja. Filwaqt li l-uffiċjali kienu inkarigati mill-ordni u s-sigurtà tal-pubbliku, bosta voluntiera kienu qegħdin fost l-oħrajn jassistu waqt waqfiet biex dak li jkun ibill griżmejh b’naqra ilma frisk u jieħu daqsxejn nifs.

Din is-sena, il-parteċipanti telqu mill-Pjazza tas-Santwarju fil-Mellieħa f’nofsillejl, erħewlha lejn ix-Xemxija, San Pawl il-Baħar, Pjazza tal-Mosta. Ħdejn iċ-ċimiterju ta’ Ħal-Lija, Wied ta’ Birkirkara, Wied ta’ l-Imsida, max-xatt ta’ Tal-Pietà u saret il-waqfa fil-Furjana fuq il-Fosos.

Ekonomija

Sport