Saturday, December 21, 2024

Ara: Barriera tinbidel f’impjant ta’ panelli fotovoltajiċi

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Waqt l-inawgurazzjoni tal-ftuħ tal-Imsellet Solar Plant fl-Imġarr, il-Prim Ministru tkellem dwar l-importanza tal-bilanċ bejn il-komunità tan-negozju u l-ħarsien tal-ambjent.

Abela qal li dan huwa l-mudell tal-mod kif nimxu ’l quddiem. Abela qal li taħt dan il-gvern in-negozju jsir b’mod onest u ħeġġeġ lil aktar investituri biex jagħmlu l-pass deċiżiv għax se jkunu qed isibu warajhom lil dan il-gvern.

L-art tal-proġett fiha 90,000 metru kwadru u oriġinarjament kienet barriera ta’ Anġlu u Pawlu Xuereb. Il-proġett jinkludi 50,000 metru kwadru ta’ panelli u nżergħu 3,300 siġra. Dan se jkun qiegħed jiġġenera 8,600,000 Kw fis-sena, biżżejjed biex jiġġenera dawl lil 2,200 residenza.

Ekonomija

Sport