Il-Ministru għall-Intern Russu kkonferma li splużjoni f’Kafetterija f’St Petersburg kkawżat il-mewt tal-blogger militari Russu Vladlen Tatarsky.
Mill-inqas 16-il persuna oħra sfaw midrubin fl-istess splużjoni li s’issa għadu mhux magħrufin minn kien responsabbli minnha.
Tatarsky li fil-verità jġorr l-isem ta’ Maxim Fomin kien favur l-invażjoni tar-Russja fl-Ukrajna. Huwa kien kiseb il-popolarità tiegħu proprju s-sena li għaddiet meta kien xerred filmat mill-Kremlin fejn instema’ jgħid “Se negħlbu lil kulħadd, se noqtlu lil kulħadd, se nisirqu kulma hemm bżonn bħalma nħobbu nagħmlu aħna”.
Skont rapporti jidher li l-isplużjoni setgħet kienet bomba moħbija fi statwetta ppreżentata lill-istess Tatarsky bħala rigal waqt li kien qiegħed jiltaqa’ man-nies.