Ninsabu ġurnata ‘l bogħod minn jum San Valentinu, il-jum sinonimu mal-imħabba.
Ma setax jonqos li, f’dawra li għamel il-fotografu ta’ dan is-sit madwar diversi postijiet f’Malta, jiltaqa’ ma’ bosta persuni li kienu qed ifittxu xi rigal biex jagħtuh lill-maħbub/a tiegħu jew tagħha.


L-isem ta’ San Valentinu huwa immedjatament rikonoxxut minħabba l-“Jum San Valentinu” iċċelebrat internazzjonalment kull 14 ta’ Frar.

Bosta jibdew ifittxu għal rigal ideali għall-maħbub jew maħbuba tiegħu, bir-rigali klassiċi jibqgħu fjuri, fwejjaħ, soft toys jew xi frame b’memorja ta-koppja.


Matul il-jum tal-lum, ħafna kienu dawk li marru jduru l-ħwienet u l-bejjiegħa oħra li jkunu mifruxin fit-toroq li jbiegħu dawn l-affarijiet sinonimi ma’ dan il-jum, kif jixhdu propru r-ritratti ta’ Roger Azzopardi.


Uħud iżda, xorta jibqgħu jaħsbu li San Valentinu huwa biss kummerċ u meta tħobb lil xi ħadd ma tħobbux biss fl-14 ta’ Frar. Għalhekk, apparti mill-kummerċ u l-materjaliżmu li dan il-jum jaf joffri, uħud, bħal din il-koppja jagħżlu li l-aqwa rigal tibqa’ l-kumpanija ta’ xulxin. Kif jgħidu, l-oġġetti jaf jintesew maż-żmien… iżda l-imħabba vera tibqa’ dejjiema f’qalbna.


Ritratti: Roger Azzopardi