Sunday, October 27, 2024

ARA: Bosta jistennew bil-ħerqa il-wasla tal-Papa Franġisku fil-Belt Valletta

Aqra wkoll

Bosta persuni dalgħodu bdew jinġabru fil-Belt Valletta u jistennew bil-ħerqa l-wasla tal-Qdusija Tiegħu l-Papa Franġisku. 

Bosta marru bil-bnadar bl-ilwien sofor u bojod li kif nafu jirrappeżentaw il-Knisja Kattolika.

Il-Qdusija Tiegħu wasal f’pajjiżna għall-ħabta tal-10.00a.m. u jibqa’ sejjer lejn Pjazza San Ġorġ.

Il-Qdusija Tiegħ se jkollu żjara ta’ kortesija fil-Palazz tal-President. Hemmhekk se ssir laqgħa mal-President, mal-Prim Ministru u anki mal-Korp Diplomatiku.

Wara se joħroġ fil-gallarija tal-Palazz biex isellem lin-nies.

Ritratti: Alan Saliba u Roger Azzopardi

Sport