Tuesday, December 24, 2024

ARA: Boxer Sud Afrikan imut f’ċirkostanzi strambi

Aqra wkoll

Il-Boxer mill-Afrika t’Isfel, Simiso Buthelezi miet fl-etá ta’ 24 sen wara ġlieda lightweight kontra l-avversarju Siphesihle Mntungwa.

Buthelezi kien qed jidher li se jirbaħ din il-ġlieda meta attakka lil Mntungwa, b’dan tal-aħħar jipprova jilqa’ d-daqqiet f’rokna fejn anke deher jitħabbel mal-ħbula.

Iżda wara li r-referee internvjena … u mbagħad għamel sinjal biex titkompla l-ġlieda, Buthelez deher idur lejn ir-referee u beda jagħti daqqa fil-vojt … hekk kif kien sinjal li kien qed jintilef minn sensieh. Ir-referee mill-ewwel waqqaf il-ġlieda fejn Buthelezi beda jingħata attenzjoni medika fejn ittieħed l-isptar b’urġenza.

Iżda sfortunatament, it-Tlieta filgħaxija l-familja tiegħu ħarġet stqarrija li Simiso ħalla din id-dinja.

Il-mewt tiegħu rriżultat f’injury fil-moħħ bil-konsegwenza li nqatgħetlu vina.

Ekonomija

Sport