Sunday, November 24, 2024

ARA: Casa Apap Bologna b’filmat dwar il-kwalitajiet sbieħ ta’ nies bl-awtiżmu

Aqra wkoll

Ix-xahar ta’ April huwa ddedikat għall-awtiżmu. Bosta individwi u għaqdiet, kemm f’Malta kif ukoll lil hinn minn xtutna, jieħdu din l-opportunità sabiex iqajmu għarfien dwar din il-kundizzjoni, kif ukoll sabiex tinħoloq kuxjenza dwar l-abiltajiet differenti u l-bżonn tal-inklużjoni. Dan ma jkunx immirat biss għal dawk l-individwi li għandhom l-awtiżmu, iżda anki għall-qraba u l-ħbieb tagħhom li tant joffrulhom tant imħabba.

Fosthom insibu lil Casa Apap Bologna li tinsab il-Mosta, illi ħolqot filmat li jittratta s-sbuħija tal-inklużjoni, l-abbiltajiet differenti u d-determinazzjoni. Il-moħħ wara dan il-filmat kienet l-Occupational Therapist li taħdem f’Casa Apap Bologna stess, Maria Balzan. Permezz ta’ dan il-filmat hija rnexxielha tipproġetta l-kwalitajiet sbieħ li għandhom x’joffru nies bil-kundizzjoni tal-awtiżmu, ibbażat fuq l-opinjoni ta’ nies esperti f’dan il-qasam li jaħdmu ma’ persuni bl-awtiżmu.

HILA — fergħa ta’ CareMalta Group li toffri għadd ta’ servizzi lil persuni b’diżabbiltà, fosthom servizz residenzjali u kura speċjalizzata — hija fundamentali sabiex dawn l-individwi jingħataw l-għajnuna u l-kuraġġ meħtieġ li jwassalhom biex jiżviluppaw l-abbiltajiet tagħhom u jilħqu l-potenzjal bl-aktar mod dinjituż. Għal aktar informazzjoni dwar HILA tista’ żżur dan is-sit elettroniku:https://www.hila.com/

Sport