Saturday, December 28, 2024

ARA: “Ċertifikat ta’ eċċellenza għax-xogħol li għamlu s-suldati” – L-Avukat Herman Mula

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Miktub Minn Claudio Coleiro, Ritratt u Filmat: Alan Saliba

YouTube video

“L-inkjesta mhux talli ma sabitx evidenza diretta, li tinkolpa lill-persuni li jkunu qed jiġi allegat fuqhom, imma lanqas evidenza ċirkostanzjali, li tkun sekondarja illi biex tkun prova jrid ikun hemm ħafna minnha jew ikkorraborata. Il-fatt li ma kienx hemm din l-evidenza ċirkostanzjali jirrifletti li s-suldati ħadmu b’mod eċċellenti. Dan mhu xejn ħlief ċertifikat ta’ eċċellenza għax-xogħol li għamlu.”

Iddikjara dan l-Avukat Herman Mula, li flimkien mal-GWU iddefenda l-interessi tas-suldati fl-inkjesta li saret wara denunzja mill-għaqda Repubblika dwar allegat qtil volontarju ta’ persuni fiż-żona ta’ tiftix u s-salvataġġ ta’ Malta, f’kummenti li ta lil inewsmalta.   

L-inkjesta li saret mill-Maġistrat Joe Mifsud stabbiliet li d-denunzji ma kinux imsejsa fuq il-provi, li l-Prim Ministru Robert Abela u l-Brigadier Jeffrey Curmi ma kienu nvoluti f’ebda omiċidju volontarju ta’ immigranti regolari u li l-ekwipaġġ tal-P52 ma wettaq ebda tentattiv ta’ omiċidju ta’ immigranti rregolari. 

Fil-kummenti tiegħu lil dan is-sit, l-Avukat Mula esprima s-sodisfazzjon għall-eżitu tal-inkjesta u sostna li din “kienet konferma ta’ dak li konna qed ngħidu mill-bidu nett li bdiet l-inkjesta.” 

Qal li mill-istħarriġ li kien għamel, mill-ewwel kien wasal għal konklużjoni li s-suldati, b’mod partikolari dawk tal-P52 li kienu involuti fis-salvataġġ, mhux talli m’għamlux dak li kien qed jiġi allegat fuqhom imma talli ħadmu b’mod eċċellenti. “Fil-fatt, il-konklużjoni tal-inkjesta tikkonferma dan,” qal Dr Mula. 

Ekonomija

Sport