Iċ-ċiklist tat-Tour de France Daniel Oss sofra ksur f’għonqu wara li ħabat ma’ partitarju waqt il-ħames stadju li kien karatterizzat minn bosta inċidenti.
Oss kien għaddej b’veloċità qawwija meta daħal f’mara li ħarġet mil-linja tagħha biex tieħu filmat bil-mobile tal-kompetituri.
Mad-daqqa, il-mara nstabtet mal-art filwaqt li Oss waqa’ minn fuq ir-rota tiegħu biċ-ċiklist ta’ warajh jaħbat miegħu u jinqaleb.
Wara li sarulu t-testijiet kollha meħtieġa, sar magħruf li Oss se jkollu jibqa’ barra mill-azzjoni għal mill-inqas tmien ġimgħat minħabba li kien sofra ksur f’għonqu. Dan ifisser li ċ-ċiklist Taljan kellu jirtira minn din il-kompetizzjoni.