Friday, November 15, 2024

ARA: Deliveryman fl-Amerka jsalva ħamest itfal minn dar li ħadet in-nar

Aqra wkoll

Nicholas Bostic, raġel ta’ 25 sena li jaħdem bħala deliveryman tal-pizza, qed jitqies bħala eroj wara li salva ħamest itfal li kienu jinsabu f’dar li bdiet tieħu n-nar. Il-każ seħħ f’Lafayette, Indiana, matul il-lejl tal-11 ta’ Lulju li għadda.

Kif appena ra dis-sitwazzjoni quddiemu, daħal fid-dar mingħajr ma tilef wisq ħin. Huwa beda jgħajjat biex jara jekk hemmx xi nies fid-dar, però ma ngħata l-ebda sinjal. Għalhekk iddeċieda li jibda jfittex mad-dar kollha u sab li kien hemm kulħadd rieqed.

Nicholas irnexxielu jsalva erbat itfal, sakemm imbagħad minn xi biki li sema’ ntebaħ li kien hemm tifla ta’ sitt snin maqbuda fid-dar.

Uffiċjal tal-pulizija tal-lokal iddeskriva lil Nicholas bħala raġel qalbieni u determinat: “Nicholas kien jaf li ladarba kien hemmhekk, il-missjoni tiegħu kienet li jsalva lil dik it-tifla. Minkejja li n-nirien u l-foga li kien hemm isfel bdew iwerwruh, ma kienx lest li jċedi”.

Nicholas Bostic waqt li kien qed jiġi rikoverat l-isptar

Nicholas dakinhar li seħħ il-każ sofra ġrieħi gravi f’idu l-leminija, filwaqt li t-tifla ta’ sitt snin sofriet ġrieħi ħfief. Huwa ttieħed l-isptar għal iktar attenzjoni medika u fi ftit jiem kien lura f’saħħtu biex jirrakkonta dak li ġara.

Ekonomija

Sport