“Il-Kap tal-Oppożizzjoni wera biċ-ċar kemm hu maqtugħ mir-realtà. Wera nuqqas ta’ ħila teknika fis-suġġett ekonomiku tant li ma kien hemm l-ebda analiżi ekonomika tal-Budget”. Iddikjara dan il-Prim Ministru Robert Abela fl-ewwel reazzjoni għad-diskors twil tal-Kap tal-Oppożizzjoni waqt ir-replika tal-budget.
Abela qal li l-Kap tal-Oppożizzjoni qal li l-gvern qiegħed joffri more of the same, iżda hu ma jistax jgħid l-istess dwar il-Kap tal-Oppożizzjoni għax jidher ċar li mill-ħażin sejjer għall-agħar.
“Aħna min-naħa tagħna se nkunu qegħdin nispjegaw ir-relevanza tal-viżjoni ekonomika tagħna għas-snin li ġejjin”, tenna Abela.