Sunday, December 22, 2024

ARA: Eks MP Indjan u ħuh maqtulin waqt xandira diretta fuq it-televiżjoni

Aqra wkoll

Eks politiku Indjan li nstab ħati ta’ ħtif inqatel kiesaħ u biered waqt xandira diretta fuq it-televiżjoni flimkien ma’ ħuh.

Atiq Ahmed, li kien taħt skorta tal-pulizija, kien qed jitkellem mal-ġurnalisti meta ntlaqat minn tir ta’ pistola f’rasu. 

Wara li ġew sparati t-tiri s-Sibt filgħaxija, tlitt irġiel li għamlu tabirruħhom li kienu ġurnalisti taw ruħhom b’idejhom u ġew arrestati.

Għexieren ta’ każijiet, inklużi ħtif, qtil u estorsjoni, kienu rreġistrati kontra Atiq Ahmed fl-aħħar żewġ diċennji. Qorti lokali kienet ikkundannatu għal għomor il-ħabs f’Marzu ta’ din is-sena f’każ ta’ ħtif.

Filmat li ċċirkola fuq il-midja soċjali fl-aħħar sigħat juri lil Ahmed u lil ħuh Ashraf, it-tnejn immanettjati, jitkellmu mal-ġurnalisti fi triqthom għal check-up mediku fi sptar ftit sekondi biss qabel ma l-aggressuri sparaw fuqhom. 

Fil-filmat, Ahmed kien mistoqsi jekk huwa kienx attenda għall-funeral ta’ ibnu. L-aħħar kliem tiegħu fuq il-camera kienu: “ma ħaduniex, għaldaqstant ma morniex.” 

Il-pulziija qalet li t-tliet suspettati aggressuri kienu waslu fuq il-post fuq muturi. Fuq ix-xena tad-delitt kienu ndarbu wkoll pulizija u ġurnalist.

Ekonomija

Sport