Saturday, October 26, 2024

ARA: “Esperjenzajt t-tbatija tal-pazjenti … hemm bżonn nagħmlu l-aħħar sagrifiċċju” – It-Tabib Joe Ferriggi

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

F’intervista mxandra aktar kmieni dan ix-xahar inewsmalta qasmet l-esperjenza tat-tabib Ferriggi li rnexxielu jfieq mill-marda tal-COVID-19 wara ġimgħat diffiċli.

It-tabib Ferriggi qal li ilu 39 sena jagħti s-servizz ta’ tabib. Ferriggi qal li hu dejjem irrispetta t-tbatija tal-pazjenti iżda llum kkonferma t-tbatijiet tagħhom. 

Huwa kompla biex jgħid li dawn iż-żminijiet tradizzjonalment ilaqqgħu tliet ġenerazzjonijiet jekk mhux ukoll b’xi ħbieb tal-qalb li jingħaqdu magħhom. Qal li ilna kważi sena nagħmlu sagrifiċċju u issa baqa’ l-aħħar sforz meta għandna invista li dalwaqt nibdew nitlaqqmu.

Huwa appella lill-pubbliku biex jieħu t-tilqima u fejn ikun hemm diffikultà jew mistoqsija, dak li jkun għandu jieħu parir mediku mingħand il-professjonisti u mhux mid-diskors tan-nies tat-triq.

Huwa temm jirringrazzja lil dawk kollha li ħasbu fih b’mod speċjali lil dawk kollha li taw sehemhom biex il-fejqan tiegħu seta’ jkun possibbli.

Sport