F’Lejliet l-Ewwel tas-Sena ġew salvati aktar minn 60 persuna wara li għal xi raġuni Ferris Wheel ta’ madwar 400 pied ħadet in-nar f’Icon Park f’Orlando, Florida.
Il-passiġġieri li kienu fuqha damu madwar tliet sigħat sakemm ġew salvati mill-pumpiera.
Kimberly Conley, persuna li inzertat fil-post tal-inċident, f’filmat meħud minnha stess qalet li hi u l-familja tagħha semgħu splużjoni qawwija u xebbhitha mal-logħob tan-nar.
Raġel li kien fil-parkeġġ, Randy Pryor, fuq il-midja soċjali qal li l-Ferris Wheel kienet qed taħdem b’mod normali qabel ma ħadet in-nar.
Fi stqarrija maħruġa minn Icon Park tfaħħar ix-xogħol tal-pumpiera li ħadmu qatigħ sabiex in-nies maqbuda jiġu evakwati b’mod sigur.