Il-Pulizija f’Colorado ppubblikat filmat li juri l-mument meta ferrovija baqgħet dieħla f’karozza tal-pulizija li fiha kien hemm miżmuma tfajla.
Skont id-Dipartiment tal-Pulizija f’Fort Lupton, l-inċident seħħ fis-16 ta’ Settembru li għadda.
Skont l-ewwel investigazzjonijiet li saru jidher li Yareni Rios-Gonzalez ta’ 20 sena sofriet ġrieħi serji wara li spiċċat maqbuda fil-karozza li l-pulizija kienu waqqfu fuq il-binarji ta’ ferrovija. f’Platteville viċin Denver.
Il-Pulizija spjegat li arrestat lit-tfajla xi mumenti qabel wara li xi uffiċjali intervjenew fuq rapport ta’ “vettura riskjuża”.
Id-difiża tat-tfajla enfasizzat dwar il-ġrieħi serji li sofriet il-klijenta u li hi kienet rat l-istess ferrovija ġejja xi ħin qabel.
Min-naħa tagħhom il-Pulizija żiedu jsostnu li arrestaw lit-tfajla minħabba li ħadet ħafna ħin biex tieqaf minkejja diversi twissijiet li sarulha.