Tuesday, December 24, 2024

ARA: “Fil-Polonja mill-ewwel qablu li nfakkruha bħala suldat tad-drittijiet tan-nisa”

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Kapitlu Tlettax b’kollaborazzjoni li tfakkar il-memorja ta’ Paulina Dembska

Il-grupp mużikali lokali Kapitlu Tlettax ippubblikaw l-aħħar kanzunetta tagħhom b’memorja tal-maħbuba Paulina Dembska. ‘In Memoriam’ hija kollaborazzjoni bejniethom, Patrick Gaffiero kif ukoll l-artist Pollakk Dawid Szablowski. 

L-artist Pollakk Dawid Szablowski.

L-ewwel parti tal-kanzunetta tagħhom tiftaħ b’deskrizzjoni tat-tfajla b’reputazzjoni tajba. Tingħata deskrizzjoni tagħha u kif warrbet kollox inkluż, il-flus u lil familtha  biex tibda tgħix ħajja ġdida f’pajjiżna. Titratta dwar kif Paulina kienet tifforma parti minn familja li sfortunatament kellha tgħaddi mill-imrar aktar minn darba. Oħtha telqet lejn l-Italja biex tibda ħajja ġdida hemm, ħuha miet f’inċident sfortunat u hi spiċċat vittma tal-għażla tagħha li timrah f’orizzonti ġodda lil hinn mill-vizzji, f’ħajja sempliċi ta’ studju barra mill-pajjiż.

YouTube video

Paulina kienet “Suldat ta’ vera li ddefenda d-drittijiet tal-mara, poeta li se tħalli mpatt fil-preżent u fis-snin ta’ wara… Kellek tkun fil-post ħażin fil-ħin ħażin”, tkompli l-lirika filwaqt li tkompli d-deskrizzjoni tal-imħabba tagħha lejn il-gżira tagħna u l-annimali li kellhom post speċjali f’qalbha.

Tkellimna ma’ Joseph minn Kapitlu Tlettax; il-moħħ wara din il-kollaborazzjoni u qalilna li l-arti tal-mużika f’kollaborazzjoni hija kitba bbażata guq l-opinjoni tal-artisti involuti u r-riċerka. Kellimna dwar it-tieni parti li kienet tinvolvi wkoll l-interpretazzjoni tal-Pollakk Szablowski li ffoka iżjed fuq il-periklu tal-kulti reliġjużi u l-ħsara li jistgħu jikkawżaw. Dwar l-aħħar parti, Joseph qalilna li meta artist jikteb il-ħsieb ikun li jwassal messaġġ u li f’dan il-każ wara r-reazzjonijet kbar li svolġew wara l-qtil makabru fl-ewwel jiem tas-sena, ma setgħux ma jwasslux l-opinjoni tagħhom. 

“It-tieni parti tiffoka fuq l-kudanna għat-tnawwir fi kwalunkwe reliġjon u li għalina l-ħażin jibqa’ dejjem kundannabbli u ma jista’ qatt jiġi ġġustifikat. M’aħniex se nkunu aħna li niġġudikaw dan il-każ, iżda aħna nemmnu li l-ebda ħajja m’għandha tinsteraq b’dan il-mod… xi ħaġa li kkonfermata s-soċjetà kollha b’reazzjoni ta’ rabja minn nazzjon b’valuri sodi li għaddew minn ġenerazzjoni għall-oħra”, tenna Joseph.

Ritratt: Arkadiusz Srebnik

Rigward l-artist Pollakk, Joseph qalilna li kollox beda ftit jiem wara l-qtil, iżda li l-pubbliku jista’ jifhem li din il-kollaborazzjoni tieħu ċertu żmien, bejn kitba, produzzjoni u t-tħawwir tal-prodott finali. Dan kollu seta’ jkun possibbli wara numru ta’ telefonati b’mod virtwali li minnhom inbena kollox. 

Ritratt: Arkadiusz Srebnik

Il-qtil ta’ Paulina Dembska kien wassal għal reazzjonijiet varji fil-pajjiż fosthom minn nisa li sostnew li m’għandux jibqa’ aċċettabbli l-mara tispiċċa fil-mira ta’ aggressjonijiet minħabba s-sempliċi raġuni għax hija mara u forsi meqjusa aktar vulnerabbli.

Xahar biss wara l-qtil tagħha u sentejn wara l-qtil ta’ Chantelle Chetcuti l-Gvern ippreżenta pakkett ta’ emendi fil-Kodiċi Kriminali li għall-ewwel darba f’Malta se jdaħħlu l-kunċett ta’ femiċidju.

Ekonomija

Sport