Saturday, December 21, 2024

ARA: “Flimkien mal-PM Robert Abela se nkomplu nagħtu l-aħjar politika lill-pajjiż”

Aqra wkoll

Intant fl-ewwel kummenti lil dan is-sit id-Deputat Mexxej għall-Affarijiet tal-Parlament Ian Borg irringrazzja minn qalbu lid-delegati u lill-poplu li qed jafdawh biex ikompli jservi lill-Partit Laburista u lill-Gvern.

Huwa żied jgħid li d-deċiżjonijiet u l-voti tad-delegati lbieraħ qed taw tama ġdida, biex ikomplu jibnu fuq is-suċċessi tal-Gvern Laburista, itejbu fejn hemm nuqqasijiet u jaħdmu aktar biex jibqgħu jistinkaw għal kwalità ta’ ħajja aħjar għall-familji f’Malta u Għawdex.

Żied jgħidilna li huwa unur għalih li jkompli jservi fi ħdan il-Partit Laburista, l-uniku għażla viabbli għal pajjiżna, l-uniku partit li dejjem ħadem għall-ġid ta’ pajjiżna, li dejjem żamm f’qalbu l-ħaddiema u l-familji.

“F’dawn l-aħħar 11-il sena għamilna kisbiet kbar għal pajjiżna, b’ekonomija b’saħħitha, aktar flus fil-but, investimenti kbar fl-infrastruttura f’kull lokalità, qafas t’għajnuniet soċjali b’saħħtu, avvanzi kbar fid-drittijiet ċivili u riformi leġislattivi u amministrattivi storiċi”

Deputat Prim Ministru Ian Borg

Borg qalilna li bħala Deputat Mexxej u bħala Deputat Prim Ministru jrid jibqa’ jisma’ lill-komunitajiet biex flimkien jippjanaw it-triq ‘il quddiem għal pajjiżna għas-snin li ġejjin – pjan b’viżjoni għal Malta sostenibbli u ġusta sas-sena 2040. Fl-istess waqt, id f’id mal-kollegi tiegħu fil-Kabinett u fil-Grupp Parlamentari, bl-appoġġ tal-ħaddiema taċ-ċivil, is-soċjetà ċivili, is-settur privat u ħafna u ħafna ħaddiema oħrajn, irid ikompli jistinka, spalla ma spalla mal-Prim Ministru, biex flimkien iwettqu l-bidliet u l-ħidmiet li meħtieġa f’diversi oqsma, għal Malta aħjar.

Ekonomija

Sport