Thursday, February 5, 2026

ARA ĠEJ IL-KARNIVAL FIL-ĦAMRUN!

- Attivitajiet is-Sibt 7 ta’ Frar filgħaxija u l-Ħadd 8 ta’ Frar filgħodu, fi Triq il-Kbira San Ġużepp

Aqra wkoll

Għal darba oħra l-Ħamrun se jkun qed jilbes il-kostum tiegħu biex jkun parti minn avveniment mistenni minn ħafna, l-Karnival ta’ Malta 2026. 

Hekk kif il-Karnival fil-Ħamrun qed jikber minn sena għal oħra, din id-darba dan se jiġi ċċelebrat fuq jumejn, is-Sibt 7 ta’ Frar bħala Carnival by night li jibda mis-6pm u l-Ħadd 8 ta’ Frar filgħodu bit-tant mistennija l-Parata tal-Baned li tibda fl-10am. 

Mill-ġdid il-Ħamrun se jkun imżewwaq b’ħafna kuluri, żfin, briju u fuq kollox il-mużika mill-baned tal-Ħamrun u oħrajn mistiedna li huma dawk li jagħtu l-element awtentiku lil dan il-Karnival.

Il-Parata tal-Baned hija meqjusa bħala opportunita’ unika fejn it-tlett baned Ħamruniżi se jkunu qed jwasslu daqq ta’ siltiet brijużi lil dawk kollha li se jkunu preżenti u apparti min hekk il-Banda San Ġużepp,

il-Banda San Gejtanu u l-Banda tal-Immakulata Kunċizzjoni se jkunu qed joħolqu briju permezz ta’ karrijiet żgħar u kif ukoll żifniet, fejn żgur li se jkomplu jgħinu biex tinħoloq atmosfera unika f’din it-triq tant popolari f’Malta.

Ma jonqosx dak li se jkun qed jiġi offrut nhar is-Sibt 7 ta’ Frar, fejn se jkun hemm l-opportunita li naraw il-karrijiet fil-ġmiel tagħhom filgħaxija, bi dwal ikkuluriti li se jkunu qed joħolqu atmosfera unika, mużika

żagħżugħa u għall-familja kollha.Tajjeb li ngħidu li propju fl-attività tal-Ħadd se tibda uffiċjalment il-kompetizzjoni taż-żfin, flimkien ma’ dik tal-Karrijiet ta’ Sezzjoni Ċ. 

Flimkien ma’ Festivals Malta u l-Ministeru għall-Kultura, l-Artijiet u l-Gvern Lokali, il-Kunsill Lokali tal-Ħamrun se jkun qed iwassal xalata ta divertiment, kuluri, bis-sehem ta’ karrijiet, maskaruni, diversi kumpaniji taż-żfin, baned u ħafna divertiment ieħor li żgur se jinżel għasel ma’ kulħadd.

Kunsill Lokali Ħamrun, l-organizzaturi tal-Karnival fil-Ħamrun se jkunu qed joffru parkeġġ bla ħlas fi tlett skejjel prinċipali fil-Ħamrun. Fil-Kulleġġi San Ġorġ Preca (Ex Liċeo u Ex Marija Reġina) u fil-Kulleġġ Mikiel Anton Vassalli (Ex Maria Assunta.)

Il-Karnival ta’ Malta 2026 huwa organizzat minn Festivals Malta bis-sapport tal-Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Artijiet U Gvern Lokali.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport