Tinsab f’Malta Rozalla Miller – kantanta li m’għandha bżonn tal-ebda introduzzjoni hekk kif hija l-mara wara d-diska tant popolari Everybody is Free to Feel Good.
Dan is-sit iltaqa’ b’mod esklussiv mal-istess kantanta fejn talabha l-ewwel kummenti tagħha rigward Malta fejn qalet li għadha ammirazzjoni kbira lejn dan il-pajjiż u mhux l-ewwel darba li qed iżżuru.
Mistoqsija fuq kif il-Covid-19 affettwat lill-industrija tal-mużika hija qalet li din il-pandemija ħalliet effett negattiv ħafna fejn għamlet żmien konsiderevoli li kien ikollha id-djarju tal-avvenimenti vojt iżda issa bil-mod il-mod qed nirkupraw tajjeb u ħerġin minn din is-sitwazzkoni.
L-aħħar appell tagħha speċjalment lil min bħalha jixtieq jimbarka fuq karriera ta’ suċċess fil-mużika kien dak biex ħadd ma jaqta’ qalbu u jħares dejjem ‘il quddiem b’pożittivitá.
Hija se tkun qed tipparteċipa llejla f’avveniment imtella’ mill-Kandidata tal-Partit Laburista għall-Elezzjoni Ġenerali Alison Zerafa Civeli ġewwa l-Pjazza ta’ Bormla.
L-Intervista sħiħa tidher fil-ħarġa tal-Orizzont fil-jiem li ġejjin.