Mijiet ta’ rigali diġà waslu fi Pjazza Kastilja biex b’hekk ikunu jistgħu jitwasslu lit-tfal fil-bżonn.
Dan qed isir bħala parti mill-inizjattva “Rigal b’Imħabba” li ġiet imnedija ftit tal-jiem ilu fuq inizjattiva ta’ mart il-Prim Ministru Dr Lydia Abela.
Hija rringrazzjat lil kulħadd tal-ġenerożità kbira li qed juru llum.
Il-pubbliku huwa mħeġġeġ jipparteċipa u llum jieħu xi rigali taħt is-siġra tal-Milied fi Pjazza Kastilja biex b’hekk tassew ikun qed jassigura li jferraħ ħafna tfal f’dawn il-festi sbieħ.
Dr Lydia Abela fakkret li l-pubbliku għandu sas-6.00p.m. biex ikun parti minn din l-inizjattiva ta’ mħabba.