Sunday, December 22, 2024

ARA: Ħadd fil-periklu tal-mewt… u wħud minn dawk involuti diġà ħarġu mill-isptar

Tal-linja kienet misjuqa minn Pakistani ta’ 64 sena filwaqt li t-Toyota Rav 4 kienet misjuqa minn mara ta’ 60 sena mir-Rabat Għawdex

Aqra wkoll

Kelliem għall-Pulizija kkonferma ma’ talk.mt li fl-inċident li seħħ f’Għawdex s’issa ma jidhirx li hemm persuni fil-periklu tal-mewt.

Tal-linja kienet qiegħed tinsaq minn Pakistani ta’ 45 sena minn San Pawl il-Baħar filwaqt li t-Toyota Rav 4 kienet qed tinsaq minn mara ta’ 60 sena residenti r-Rabat Għawdex.

Ma’ dawn kien hemm 12-il persuna oħrajn kollha kienu passiġġieri fuq tal-linja.

Filwaqt li kollha ttieħdu lejn l-Isptar Ġenerali t’Għawdex, uħud mill-passiġġieri li kien hemm fuq tal-linja diġà ntbatu d-dar minħabba li kważi ma sofrew l-ebda ġrieħi.

Aktar kmieni: 14-il persuna l-Isptar wara ħabta frontali fin-Nadur

Dan is-sit jinsab infurmat li 14-il persuna ddaħħlu l-Isptar wara li ndarbu f’inċident ikrah tat-traffiku għall-ħabta tat-3:00 p.m. f‘Ta’ Xħajma, in-Nadur, Għawdex.

Mill-ewwel informazzjoni li qasam il-Ministru Camilleri mas-segwaċi tiegħu f’kitba fuq il-midja soċjali, huwa qal li fl-inċident kien hemm involuta karozza tal-linja bil-passiġġieri. F’ritratt li ttieħed minn dan is-sit, jidher ċar li seħħ impatt bejn ix-xarabank u vettura oħra li kienet tinsab fl-akkwati.

Apparentament jidher li għal xi raġuni x-xufier tal-karozza tal-linja tilef il-kontroll tax-xarabank u baqa’ dieħel f’ċint.

Minn informazzjoni oħra li kiseb dan is-sit, irriżulta li fix-xarabank kien hemm 13-il persuna filwaqt li fil-vettura l-oħra kien hemm persuna waħda. Is-sewwieqa tal-vettura kienet konxja meta nħarġet mill-vettura. Il-persuni involuti fl-inċident ittieħdu kollha l-Isptar. S’issa l-identità u l-kundizzjoni tagħhom għadhom mhux magħrufa.

Fuq il-post intalbet l-assistenza tal-Protezzjoni Ċivili, Transport Malta u tim mediku mill-Isptar Ġenerali t’Għawdex.

Il-Ministru Camilleri rringrazzja lill-uffiċjali kollha involuti tal-assistenza immedjata tagħhom.

Aktar dettalji fil-ħin li ġej…

Ekonomija

Sport