B’xorti tajba ħadd ma weġġa’ wara li dgħajsa ħadet in-nar f’Marsaxlokk.

Kien għall-ħabta tas-1.00 p.m. meta l-Pulizija kienu infurmati li żviluppaw xi nirien abbord dgħajsa li kienet fuq l-art.

Minnufih ġew infurmati wkoll il-membri tal-Protezzjoni Ċivili li ħadu ħsieb jikkontrollaw in-nirien.

L-investigazzjoni tal-pulizija għadha għaddejja.